KULĦADD JISTĦOQQLU
PROTEZZJONI MILL-
COVID-19

L-ebda profitt minn fuq il-pandemija

 

Il-COVID-19 jinfirex bħan-nirien. Is-soluzzjonijiet għandhom jivvjaġġaw b’mod aktar mgħaġġel. Ħadd mhu sigur sakemm kulħadd ikollu aċċess għal trattamenti u vaċċini siguri u effettivi.

Ilkoll kemm aħna għandna d-dritt għall-kura.

Iffirma din l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, u żgura li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel dak kollu li tista’ biex tagħmel it-tilqim u t-trattamenti kontra l-pandemija bħala ġid pubbliku għad-dinja, aċċessibbli liberament u b’xejn għal kulħadd.

 

It-talbiet tagħna?

1

Saħħa għal kulħadd

Ilkoll kemm aħna għandna dritt għas-saħħa. F’pandemija, ir-riċerka u t-teknoloġiji għandhom jinqasmu b’mod wiesa’, veloċi, u madwar id-dinja. Kumpanija privata m’għandhiex ikollha s-setgħa li tiddeċiedi min ikollu aċċess għal trattamenti jew vaċċini u b’liema prezz. Il-privattivi jipprovdu kumpanija waħda bil-kontroll tal-monopolju fuq prodotti farmaċewtiċi essenzjali. Dan jillimita d-disponibbiltà tagħhom u jżid l-ispiża tagħhom għal dawk li għandhom bżonnhom.

2

Transparenza issa!

Id-data dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-kontribuzzjonijiet pubbliċi u l-effettività u s-sigurezza tat-tilqim u l-mediċini għandhom ikunu pubbliċi. Il-kuntratti bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji farmaċewtiċi għandhom isiru pubbliċi.

3

Flus pubbliċi, kontroll pubbliku

Dawk li jħallsu t-taxxa ħallsu għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ vaċċini u trattamenti. Dak li tħallas min-nies għandu jibqa’ f’idejn in-nies. Ma nistgħux inħallu lill-kumpaniji farmaċewtiċi l-kbar jipprivatizzaw teknoloġiji kruċjali tas-saħħa li ġew żviluppati b’riżorsi pubbliċi.

4

L-ebda profitt minn fuq il-pandemija

Kumpaniji farmaċewtiċi kbar m’għandhomx jibbenefikaw minn din il-pandemija għad-detriment tas-saħħa tan-nies. Theddida kollettiva teħtieġ solidarjetà, mhux profitt privat. Il-fondi pubbliċi għandhom dejjem jiġu b’garanziji dwar id-disponibbiltà u l-affordabbiltà. Kumpaniji kbar tal-farmaċewtika m’għandhomx jitħallew jgħaddu romblu minn fuq is-sistemi tas-sigurtà soċjali.

No Profit on Pandemic

Ixxerja s-soluzzjoni

Xerred din l-inizjattiva taċ-ċittadini u għinuna niġbru miljun firma.

No Profit on Pandemic

Contact    |   info@noprofitonpandemic.eu

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod kif tipproponi azzjoni leġislattiva konkreta lill-Kummissjoni Ewropea.

© 2020. Disclaimer.
Top