X’inhi ECI?

Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li japplikaw direttament lill-Kummissjoni Ewropea b’Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej sabiex jipproponu emenda leġislattiva konkreta. Biex inizjattiva tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġ li tikseb miljun persuna minn madwar l-UE biex tiffirmaha b’appoġġ.

L-għanijiet speċifiċi li introduċejna lill-Kummissjoni Ewropea, huma dawn li ġejjin:

B’qies tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-artikoli 114, 118 u 168 tiegħu, nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-leġiżlazzjoni kollha biex

  • tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-privattivi, ma jfixklux l-aċċessibbiltà jew id-disponibbiltà ta’ kwalunkwe vaċċin jew trattament tal-COVID-19;
  • tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-esklussività tad-data u tas-suq ma tillimitax l-effettività immedjata ta’ liċenzji obbligatorji maħruġa mill-Istati Membri;
  • tintroduċi obbligi legali għall-benefiċjarji tal-fondi tal-UE biex jaqsmu l-għarfien, il-proprjetà intellettwali u/jew id-data relatati mat-teknoloġija tas-saħħa tal-COVID-19 f’aggregazzjoni tal-privattivi jew tat-teknoloġija;
  • tintroduċi obbligi legali għall-benefiċjarji tal-fondi tal-UE fir-rigward tat-trasparenza dwar kontribuzzjonijiet pubbliċi, spejjeż ta’ produzzjoni, kif ukoll klawsoli ta’ aċċessibbiltà u affordabilità kkombinati, b’liċenzji mhux esklussivi.
 
No Profit on Pandemic

Ixxerja s-soluzzjoni

Xerred din l-inizjattiva taċ-ċittadini u għinuna niġbru miljun firma.

No Profit on Pandemic

Contact    |   info@noprofitonpandemic.eu

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod kif tipproponi azzjoni leġislattiva konkreta lill-Kummissjoni Ewropea.

© 2020. Disclaimer.
Top